Illum jagħlaq 50 sena, l-eks Prim Ministru u eks Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat.
Dr Muscat sar Mexxej tal-Partit Laburista f’Ġunju tal-2008 wara li l-Partit Laburista kien għadu kif tilef elezzjoni ġenerali oħra. It-tmexxija tiegħu bdiet numru ta’ riformi li wasslu biex il-Partit Laburista sar partit rebbieħ.
Il-Partit Laburista mmexxi minnu rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u dik tal-2017. Bis-saħħa ta’ dawn ir-rebħiet, il-Partit Laburista implimenta l-programmi elettorali tiegħu fejn seħħew bidliet soċjali u ekonomiċi kbar flimkien ma’ qabżiet ’il quddiem fid-drittijiet ċivili.
Joseph Muscat kien Prim Ministru minn Marzu 2013 sa Jannar 2020 wara li xahar qabel kien ħabbar li se jirriżenja minn Prim Ministru u Mexxej tal-partit.
Dr Muscat kien anki Membru tal-Parlament Ewropew u serva fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.