Il- Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Brussell biex jattendi għall-ħdax-il edizzjoni tal-European Development Days li fetħu llum, 7 ta’ Ġunju.
Dan huwa l-ikbar forum Ewropew dwar koperazzjoni internazzjonali u wegħdi għal żvilup. Din is-sena hemm 7000 partecipant li se jindirizza sfidi mondjali attwali u kif bħala Unjoni ewropea nistgħu nindirizzawhom.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li minkejja li l-Ewropa hija l-iżgħar kontinent, huwa l-iktar sinjur. U allura rridu nghinu lil ħaddieħor. Żied jgħid li l-Ewropa hija s-simbolu ta’ sħubija u wasal iż-żmien li jsir aktar invetiment f’din is-sħubija.
Iktar tard il-mexxeja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Malti, se jiffirmaw ftehim dwar l-iżvilupp.