- Żieda fin-numru ta’ btajjel pubbliċi f’Malta
- Depożitu ta’ 10% għal min jixtri l-ewwel dar u estensjoni tal-iskema tal-first time buyers għal dawk li jkunu waslu biex jixtru t-tieni dar
- Tnaqqis fit-taxxi u aktar flus fil-bwiet tan-nies
- Żieda fil-pensjoni minima
- L-ikbar investiment fl-istorja fit-toroq Maltin u Għawdxin
Dawn kienu ħames proposti ewlenin li ħabbar dalgħodu l-mexxej tal-Partit Laburista meta ħabbar il-wegħdi ewlenin li se jkunu qed ikomplu jibnu fuq ‘L-Aqwa żmien ta’ pajjiżna’.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn spjega li l-proposti li qed ipoġġi quddiem il-poplu huma kollha costed u bħal ma għamel Gvern Laburista f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-proposti mwiegħda se jiġu kollha mwettqa.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet ġew spjegati fid-dettall il-proposti tal-Partit Laburista li l-għan ewlieni tagħhom huwa li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin igawdu minn ekonomija aktar b’saħħitha.
Dettalji dwar il-proposti ewlenin:
Wegħda PL: Aktar familji jsiru sidien ta’ djarhom
Wegħda PL: Nagħtu lura lill-ħaddiema il-Btajjel Pubbliċi tagħhom
Wegħda PL: Nirranġaw it-toroq kollha ta’ pajjiżna
Wegħda PL: Pensjonijiet imsaħħa
Wegħda PL: Inqas taxxi, aktar flus fil-but
L-islogan magħżul jirrifletti l-ekonomija b’saħħitha u stabbli li għandu pajjiżna u s-soċjetà Maltija li hija wkoll b’saħħitha u stabbli, u li tippermetti dawn it-tip ta’ prioritajiet. Prijoritajiet li se jkunu qed jassiguraw li l-ġid jasal għand kulħadd.
Gvern Laburista se jkun qed jibni fuq dak li diġà ġie mwettaq f’dawn l-aħħar erbà snin. Il-Prim Ministru ġab eżempju bil-kontijiet tad-dawl, u li kieku dawk li kienu sfidi kbar għall-familja għadhom ma ġewx indirizzati dawn il-proposti li se jkunu qed jassiguraw li l-poplu jgawdi minn ekonomija b’saħħitha ma kienux jistgħu jiġu proposti.
Fi tmiem l-ispjegazzjoni tiegħu l-Prim Ministru qal li quddiemu l-poplu għandu għażla, jew Joseph Muscat u t-tim kompetenti tiegħu jew Simon Busuttil u Marlene Farrugia b’koalizzjoni ta’ konfużjoni. Għalhekk, dawn il-prioritajiet jagħmlu l-għażla ferm iktar ċara; jew kontijiet orħos u inqas taxxi taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, jew inkella taxxi għola u ekonomija dgħajfa b’Simon Busuttil.