Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista f’konferenza tal-aħbarijiet qal li l-poplu għandu għażla quddiemu, l-għażla tad-direzzjoni li jrid li pajjiżna jieħu. Joseph Muscat spjega l-importanza li ċ-ċittadini ma jagħmlux pass fid-dlam u għalhekk il-Partit Laburista qed jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ x’tip ta’ miżuri għandu f’moħħu li jimplimenta. Fil-fatt, il-Prim Ministru ħabbar ħames prijoritajiet oħra li huma kollha costed.
IL-ĦAMES PRIJORITAJIET SPJEGATI:
SAĦĦA b’xejn, inċentivi għal min jinvesti f’saħħtu, żieda fis-sodod u l-mediċini
EDUKAZZJONI: Jitneħħa l-ħlas tal-eżamijiet, edukaturi ‘supply’ isiru tal-post
AMBJENT: Minn impjant ta’ riċiklaġġ għal spazju miftuħ għall-familji
NEGOZJU: Aktar aċċess għall-finanzi
TRASPORT: Trasport b’xejn lill-istudenti kollha
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista ta elenku ta’ dawn il-ħames proposti li qed ipoġġi quddiem il-poplu biex ikun jista’ jagħmel deċiżjoni abbażi tal-wegħdiet li jkun qed iwettaq Gvern Laburista. Huwa tenna li flimkien mal-ħames wegħdi ewlenin li ħabbar fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja, dawn il-prijoritijiet huma xhieda li l-islogan tal-kampanja, ‘L-aqwa żmien ta’ pajjiżna’ huwa msejjes fuq il-viżjoni li għandu Partit Laburista għall-ħames snin li ġejjin.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PRES-DAY-08-vFinal-2.pdf” title=”PRES DAY 08-vFinal (2)”]