Dan il-messaġġ ta’ fiduċja fil-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat intwera fuq il-Fosos waqt il-mass meeting tal-Partit Laburista. Messaġġ minn fomm l-eks Prim Ministru Ingliż, Tony Blair. Ara x’qal dwar Joseph Muscat u Gvern Laburista:
“Ili naf lil Joseph Muscat issa għal tul ta’ żmien u huwa eżempju ta’ x’jista’ jagħmel politiku progressiv fit-tmexxija għan-nies. F’dawn l-aħħar snin kien hemm tkabbir ekonomiku kbir fil-pajjiż, il-politika tal-Gvern waslet għal full employment, il-qgħad niżel b’terz. Naf li Joseph ħadem ħafna fejn jidħlu drittijiet għan-nisa, għall-LGBTIQ, u drittijiet tal-minoritajiet b’mod ġenerali. Personalment ninsab kuntent nara lill-Malta fit-tmexxija tal-Presidenza fejn ħadet reputazzjoni tajba mhux biss fl-Unjoni Ewropea imma mal-bqija tad-dinja. Naf li l-Elezzjonijiet Ġenerali iġibu magħhom mumenti diffiċli imma huwa wkoll żmien ta’ opportunita’ u mument ta’ deċiżjoni għaċ-ċittadini. Hekk kif l-Elezzjoni Ġenerali qed tkompli toqrob, nawgura l-isbaħ xewaqt lil Joseph Muscat u nawguralu għal dak li irnexxilu jikseb sa issa. Nawgura lilu u lil pajjiz ix-xorti t-tajba fis-snin li ġejjin. Grazzi.”