“The law that was passed July 4th is by far the most clear and the most friendly legislation of anywhere in the world”
Hekk ddeskriva l-leġislazzjoni li adotta pajjiżna ftit tal-jiem ilu dwar is-servizzi tal-blockchain, is-Sur Michael Terpin, Kap Eżekuttiv tal-konfernza CoinAgenda. Konferenza li qed tittella’ f’pajjiżna f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan u li qed tittratta l-futur tal-blockchain.
Tul l-konferenza nġabru taħt saqaf wieħed għexieren ta’ mħuħ li ħadmu jew għadhom qed jaħdmu fuq innovazzjonijiet fid-dinja tal-blockchain biex flimkien jiddiskutu l-passi neċessarji għall-futur ta’ din it-teknoloġija.
Mistoqsi dwar l-iskop tal-konferenza f’Malta, is-Sur Terpin qal li f’Malta sabu pajjiż li jistà jservi ta’ eżempju għad-dinja kollha fil-qasam tal-blockchain.
Qal li l-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien preżenti u għadda messaġġ pożittiv dwar il-blockchain, hi turija ċara tal-impenn li għandu dan il-pajjiż għall-ġejjieni ta’ dan is-settur.
“We really wanted to go to a nation that is progressing towards being a friendly jurisdiction for blockchain. We were looking at Gibraltar and we are really glad that we chose Malta most especially because the Prime Minister gave a very positive message to those present at the conference”
Is-Sur Terpin stqarr li minkejja li ħafna kienu jaħsbu li bħal f’setturi oħra, se jkunu minn ta’ quddiem pajjiżi kbar, din il-leġislazzjoni poġġiet il-Malta fuq quddiem nett mad-dinja kollha.
“It was just a question whether it would be Monaco or Singapore or HongKong and I really think that Malta has come to the forefront of the world with its legislation and I really hope that the talk this morning resonates around the world that Malta really means business.”
Intant, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri, f’diskors li għamel f’din il-konferenza, Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li dan kien pass għaqli biex il-kumpaniji li jridu jinvestu f’Malta jsibu struttura ta’ serħan il-moħħ u trasparenti.
Żied jgħid li issa li Malta għanda struttura regolatorja, jinsab ħerqan biex din it-teknoloġija tkompli tikber u tifjorixxi f’pajjiżna.