“Il-protezzjoni ambjentali ma tridx tibqa diskrezzjoni ta’ Gvern, imma trid tidħol fil-Kostituzzjoni. Għal dan, nemmnu li nġibu l-appoġġ tal-Parlament kollu.”
Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat, meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru Jose Herrera u s-sindku tal-Gżira Konrad Borg Manche.
Joseph Muscat qal li fejn jidħol l-ambjent, amministrazzjoni Laburista kienet soġġetta għal ħafna kritika. Fakkar li kien hemm biss proġett wieħed li l-Gvern iddeċieda jagħmilha f’art ODZ, imbagħad il-footprint tagħha tnaqqas bin-nofs.
Tkellem dwar l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin u qal li l-Gvern ta’ qabel kien għadda bħal gaffa meta ġie biex jgħaddi dan l-impjant. Dan minbarra li uża teknoloġija antikwata.
Illum il-ġurnata, il-faċilità fil-Magħtab hija state of the art u ma toħloqx inknvenjent.
“Għandna l-kredibilità” qal Muscat. “Għalaqna l-powerstation tal Marsa, neħħejna l-użu ta’ heavy fuel oil u morna għal qalba fuq il-gass li se twassal biex taqa’ ċ-cumnija l-kbira ta’ Delimara. Bdejna nżarmaw it-tankijiet tal-fuel minn nofs Birżebbuġa.”
Fi żmien seba snin se jiżżarma dan l-impjant ta’ riċilkagg u jsir spazju miftuh. Dwar dan, il-Prim Ministru qal “in-nies jafu li din se nagħmluha. Dan mhux manifest tal-irkanti. Il-manifest tagħhna realistiku u fuq affarijiet li nafu li jistgħu jsiru”.
Serraħ moħħ il-ħaddiema tal-Wasteseerv fejn kien hemm sitwazzjoni ta’ skjavitu ta’ immigranti illegali li kienu jitħaddmu b’kundizzjonijiet inqas minn ħaddieħor, għax kienu barranin. Din tranġat, żdititihom il-paga u ingħataw kuntratt.