Fl-20 ġurnata tal-kampanja elettorali, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista tkellem dwar ir-rapporti li dehru kontra Malta fl-istampa internazzjonali. Il-Prim Ministru spjega li dawn ir-rapporti provaw jgħidu li f’Malta hawn kumpaniji li qed jagħmlu xi ħaġa llegali.
Fil-verità, qal il-Prim Ministru, s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna ilha l-istess minn meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea u din is-sistema ġiet approvata mill-Unjoni Ewropea u l-OECD. Iżda, tenna l-Mexxej Laburista, hemm min ikollu l-interess li jagħti daqqa’ lil Malta.
“Nittama li ma jkun hawn ħadd li jogħrok idejh jew jipprova jagħmel xi ħaġa li permezz tagħha jgħin lil min qed jagħmel dan l-attakk.”
Il-Prim Ministru se jkun qed jagħmel id-dover tiegħu li jiddefendi lil Malta u se jkun qed jagħmel hekk flimkien man-nies kollha ta’ rieda tajba. Joseph Muscat qal li minkejja li huwa ġie infurmat li hemm nies mill-Partit Nazzjonalista li se jkunu msemmija “mhux interessat” li jagħmel gwaddan politika partiġġjan għaliex li jinteressah huwa biss pajjiżna.
“Għalhekk se jkun qed niddefendi lil pajjiżna, kif jagħmlu l-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba.” – JM