F’messaġġ permezz ta’ filmat fuq il-paġna tal-midja soċjali Facebook, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkellem dwar kif fit-tieni jum tal-kampanja, l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna, il-Partit Laburista ħareġ bl-ewwel ħames prijoritajiet.
Fil-jiem li ġejjin il-Prim Ministru qal li x-xewqa hi li jiffokaw fuq kif se jnaqssu aktar it-taxxi lil kull min jaħdem, li jiżdiedu l-penzjonijiet għall-anzjani, li jingħataw lura l-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa, li jgħinu lil min irid jixtri propjetà u ma jiflaħx jagħti jew min irid ikabbar, u semma ukoll kif fuq seba’ snin se jkunu qed isiru t-toroq tal-pajjiż.
“Irridu nurukom li l-prijoritajiet tagħna huma l-prijoritajiet tagħkom u x’nistgħu niksbu jekk ma nieqfux nofs triq u nibqgħu mexjin ‘il quddiem. Għax fit-3 ta’ Ġunju li ġej l-għażla hi waħda ċara jew nimxu ‘l quddiem jew lura jew nieqfu nofs triq jew nibqghu mexjin ‘il quddiem, jew Joseph Muscat jew Simon Busuttil bħala Prim Minsitru. L-għażla f’idejkom. Dan huwa u nemmen li deħlin għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna,” temm jgħid il-Prim Ministru
Segwi hawn isfel il-messaġġ kollu tal-Prim Ministru.