Fil-25 jum tal-kampanja, l-Prim Ministru u l-Mexxej laburista Joseph Muscat iltaqa’ mar-residenti tal-Gudja.
Folla mdaqqsa nġabret biex tiltaqa’ u titkellem ma’ Joseph Muscat. Huwa qal li l-Partit Laburista qed jilħaq kull naħa ta’ Malta u Għawdex u qed jiltaqa’ ma’ aktar nies biex il-messaġġ ta’ rieda tajba jasal għand kulħadd.
Dawk li nġabru stqarru mal-Mexxej laburista li l-Gvern taħt it-tmexxija tiegħu għamel differenza f’ħajjithom u għalhekk se jerġgħu jagħtu fiduċja lill-Partit Laburista biex ikomplu jgawdu mill-ġid li qed jinħoloq.
Iżda mill-Gudja, l-Prim Ministru għamel appell, biex kulħadd jiġbor il-vot tiegħu sabiex il-pajjiż ma jiqafx nofs triq u biex flimkien nkomplu naħdmu għal aktar suċċess.