Ħamrun Spartans FC ħabbru li l-internazzjonali Malti Joseph Mbong ser jkompli bil-karriera tiegħu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol f’Iżrael hekk kif intlaħaq ftehim bejn it-tmexxija ta’ Hamrun u dik tal-klabb Iżraelit sabiex l-plejer jingħaqad b’self għal staġun magħhom.
F’stqarrija għal media ffirmata mill-Kap Eżekuttiv ta’ Ħamrun Spartans Marcel Bonniċi, intqal li n-negozjati u d-diskussjonijiet kienu ilhom għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat u finalment waslu f’ftehim sabiex Mbong jiġi misluf għal staġun bl-għażla li jingħaqad b’mod permanenti mill-istaġun ta’ wara.
Għalkemm iċ-ċifri ma’ ġewx żvelati, nifhmu li Ħamrun huma sodisdatti bl-ammont li Hapoel Ironi Kiryat Shmona FC ser jħallsu kemm għas-self kif ukoll għat-trasferiment permanenti meta u jekk dan jidħol fis-seħħ.
Jekk eventwalment Hapoel Ironi Kiryat Shmona FC jiddeċiedu li jerġaw jistraferixxu lill-plejer meta dan ikun propjeta tagħhom, Ħamrun Spartans FC ser idaħlu persentagg mit-trasferimenti temmet tgħid lis-stqarrija.