It-Tlieta filgħaxija Ħarmun Spartans kienu impenjati bl-ewwel leg tat-tieni rawnd fil-fazi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League meta fl-Istadium Nazzjonali f’ Ta’ Qali huma irnexxilhom idawwru telfa f’rebħa ta’ 2-1 Dinamo Tbilisi tal-Georgia.
Matul l-ewwel taqsima kienu Ħamrun Spartans li urew l-aħjar logħob, filwaqt lit-tim mil-Gorgja għaraf li jistudja kemm seta’ s-sistema tat-tim Ħamruniż matul din t-taqsima.
L-ewwel taqsima għalqet f’parità ta’ mingħajr gowls.
Fit-tieni taqsima Dinamo Tbilisi ħarġu aktar fuq l-offensiva u ta’ dan huma kienu ipremjati hekk kif mas-siegħa logħob fetħu l-iskor meta wara ballun milgħub fit-tul kien Imran Omar li dawwar l-ballun b’sidru lejn l-attakant Zoran Marusic li bla ebda problemi minn ġol kaxxa tefa’ l-ballun fix-xibka u wara l-goalkeeper Federico Marchetti.
Ħamrun Spartans wieġbu fis-66 minuta meta kien il-plejer internazzjonali Malti Ryan Camenzuli li pprovda kross lejn Seth Paintsil, b’dan ta’ l-aħħar ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit għolja.
Tlett minuti wara u Dinamo Tbilisi għal ftit ma għamlux l-iskor 2-0 meta wara azzjoni veloci kien Zoran Marusic li ra’ x-xutt inkaxkar tiegħu jaħbat mal-lasta l-wieqfa.
Għaxar minuti mit-tmiem u Ħamrun Spartans għamlu l-iskor indaqs meta kien Ognjen Bjelicic li prova freekick minn barra l-kaxxa li kien salvat b’mod parzjali mill-goalkeeper, izda Joseph Mbong kien attent u mir-rebound bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka u għamel l-iskor 1-1.
Minn hawn il-quddiem Ħamrun Spartans bdew jemmnu li setgħu jieħdu aktar minn draw minn l-logħba u propju fl-aħħar mumenti tal-ħin addizzjonali l-Spartans irnexxilhom jiskorjaw l-goal tar-rebħa, meta kien Ryan Camenzuli li b’kross preċiż sab lill Joseph Mbong li minkejja li kien xi ftit issikkat b’xutt mal-ewwel tefa’ l-ballun fix-xibka għall-skor finali ta’ 2-1.
Referee: Miloš Gigović
Skor Finali : Ħamrun Spartans 2-1 Dinamo Tbilisi.
L-impenn li jmiss fit-tieni leg għall-Ħamrun Spartans ser ikun il-Ħamis 3 ta’ Awissu fil- Boris Paichadze Dinamo Arena, F’ Tbilisi, il-Gorġja. Partita li ser tibda fis 18:00.