Joseph John Vella se jokkupa l-kariga ta’ Aġent Direttur tal-Ħarsien tal-Annimali. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, irringrazzjat lis-Sinjura Patricia Azzopardi għad-dedikazzjoni u għall-ħidma tagħha matul dawn l-aħħar snin bħala Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali.
Bugeja Said, f’post fuq Facebook saħqet li tħares ‘il quddiem sabiex il-benesseri tal-annimali jibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern.