Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorita Maltija tas-Servizzi Finanzjarji appunta lil Joseph Cuschieri bħala l-Kap Eżekuttiv ġdid tal-istess awtorita.
Fi stqarrija intqal li din hija l-ewwel darba fl-istorja li l-MFSA se jkollha Kap Eżekuttiv u Chairman mhux eżekuttiv wara li saru xi bidliet is-sena l-oħra.
Fl-irwol il-ġdid tiegħu, Cuschieri se jkun responsabbli mill-immaniġjar u l-prestazzjoni tal-Awtorita, u kif ukoll jieħu ħsieb riformi li jkun hemm bżonn fis-settur tas-servizzi finanzjarji.
Fil-passat, huwa serva f’diversi karigi, fosthom ma’ Vodafone Malta, l-Awtorita Maltija tal-Kommunikazzjoni, EY u l-Awtorita Maltija tal-Gaming.