Is-Sur Joseph Cuschieri ta r-riżenja tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ din l-istess l-Awtorità.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol intqal li l-Ministru Clyde Caruana aċċetta r-riżenja tas-Sur Cuschieri filwaqt li rringrazzjah għax-xogħol li wettaq f’din l-istituzzjoni speċjalment fejn jidħlu t-tisħiħ tal-aspett regolatorju, l-immodernizzar tal-istrutturi, u t-twettiq ta’ riformi importanti fl-MFSA matul dawn l-aħħar snin.