Is-Sur Joseph Cuschieri nħatar bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-aġenżija Project Green.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-istess aġenzija hekk kif ġie spjegat li s-Sur Cuschieri huwa accountant pubbliku ċertifikat, u li jispeċifika fil-formulazzjoni ta’ strateġija u l-iżvilupp tan-negozju.
Huwa għandu wkoll Masters’s Degree f’Business Administration mill-Henley Managment College fl-Ingilterra u Advanced Diploma f’Managment Accounting miċ-Chartered Institute of Management Accountants, ukoll fl-Ingilterra.
Fis-snin riċenti Cuschieri kien ukoll Chairman Eżekuttiv fl-Awtorità Maltija għall-Gaming u Kap Eżekuttiv fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.
F’kumment li ta, Cuschieri sostna li huwa entużjast li jkompli jibni fuq ix-xogħol tajjeb li sar mill-predeċessur tiegħu Steve Ellul. Temm jgħid li se jaħdem biex jiżviluppa u jimplimenta proġetti ħodor li jtejbu l-ambjent ta’ madwarna għall-komunitajiet Maltin u Għawdxin.