Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 fi Brussell se tkun qed tiftaħ b’kunċert illejla mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Brian Schembri b’kollaborazzjoni mat-tenur Malti ta’ fama internazzjonali, Joseph Calleja. Dan l-avveniment se jsir f’Bozar centre for fine arts.
Il-kunċert se jkollu programm vast li jiġbor flimkien siltiet mużikali Ewropej flimkien ma xogħlijiet minn tliet kompożituri Maltin.
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se taqsam il-fruntieri u tgħaqqad flimkien diversi karatteristiċi permezz ta’ leħen wieħed, li jirrifletti kemm il-messaġġ politiku kif ukoll dak kulturali li tixtieq twassal l-Presidenza Maltija tal-UE 2017.