Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ser ikun qed iressaq in-nomina ta’ Joseph Bugeja biex iservi r-rwol ta’ Chairman fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport.
Din in-nomina ser tiġi ppreżentata lill-President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi fejn ser ikun qed jitlob li l-għażla ta’ Bugeja tgħaddi għall-iskrutinju mill-istess Kumitat, hekk kif titlob il-liġi.
Is-Sur Joseph Bugeja huwa magħruf sew fl-industrija marittima, fejn matul il-karriera tiegħu serva diversi rwoli f’entitajiet differenti relatati ma’ dan is-settur, kif qiegħed jagħmel sal-ġurnata tal-lum. Fosthom, huwa kellu l-kariga ta’ General Manager mal-entità Sea Malta għal 7 snin u serva wkoll bħala Kap Eżekuttiv u Membru tal-Bord fil-Malta Maritime Forum mis-sena 2016 sal-lum.
Huwa ser ikun qiegħed jirriżenja minn kull kariga li għandu preżentement, hekk sabiex ma jkunx hemm lok għal kunflitti ta’ interessi.