Joseff Rivas, qala’ aktar minn għoxrin daqqa ta’ sikkina, u li tlieta minnhom kienu fatali.
Dan ħareġ hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Ilie Constantin, u ż-żewġ kuġini tiegħu Ionut Iulian Tanase u Dan-Andrei Tanase, li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Rivas b’diversi daqqiet ta’ sikkina f’Paceville f’Diċembru tal-elfejn tnejn u għoxrin.
L-espert mediku Mario Scerri qal li t-tliet akkużati instabilhom ġrieħi wkoll, fejn spjega li l-feriti kollha kienu kompatibbli għal xi sikkina madankollu ma setax jgħid min kien qed iżomm l-arma.
Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan qal ukoll li meta marru fuq il-post, sabu lill-vittma fl-art bid-demm ħiereġ minn għonqu u dahru.
Tul ix-xhieda intqal ukoll li t-tliet suspettati marru l-għassa tal-pulizija u wieħed mill-akkużati ħadhom fil-post fejn kien qiegħed jgħix. Hawn qalhom li hu kien rema s-sikkina mit-tieqa, madankollu din baqgħet ma nstabitx
L-avukati tal-akkużi talbu biex il-Prosekuzzjoni tressaq l-evidenza relatata mal-karattru tal-vittma, hekk kif saħqet li dan il-każ huwa wieħed ta’ self-defense.