Il-Birkirkara St Joseph Sports Club ospita l-ewwel impenn tiegħu fil-Kalendarju tat-Tlielaq tal-2024 meta organizza l-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon ġewwa Fleur-de-Lys.
It-tellieqa kienet tikkonsisti minn ġirja ta’ 8km (3 dawriet), ċiklu ta’ 30km (12 il-dawra) u ġirja ta’ 5km (2 dawriet), it-tellieqa laqgħet parteċipazzjoni tajba u numru ta’ atletli lik kienu qedin jiġġieldu għat-titlu ta’ Champion tad-Duathlon.
Il-favorit tat-tiġrija Keith Galea telaq b-vantaġġ mill-bidu nett, u żamm distakk sinifikanti quddiem il-kontendenti Josef Bonavia, Steve Ritchie, u Roberto Briffa matul il-ġirja ta’ 8km. Galea kompla b’dan il-vantaġġ għall-biċċa l-kbira tat-tappa taċ-ċikliżmu ta’ 30km, għalkemm it-tlieta l-oħra ppruvaw jnaqssu d-distakk. Żball min naħa ta’ Galea li daħal fiż-żona ta’ transizzjoni wara 10 dawriet flok 12 swietu it-tellieqa. Galea li kien diga beda il-girja ta’ 5km nduna bl-isball u rega dar biex jispiċċa it-taqsima tar-rota.
Hawn Bonavia, Ritchie u Briffa ikkapitalizzaw fuq dan l-iżball u ġrew lejn il-pożizzjonijiet tal-podju. Bonavia li dejjem wera prestazzjoni determinanti, żamm postu fuq quddiem jissielet l-insegwiment ta’ Ritchie. Bonavia rebaħ it-tellieqa b’distakk ta’ żewġ sekondi biss fuq Ritchie.
Galea, determinat li jpatti għall-iżball tiegħu, għeleb lil Briffa – b’ distakk ta’ seba sekondi, biex ħa t-tielet post fuq il-podju. Briffa notevolment irrekordja l-aktar taqsima tar-rota veloċi tal-ġurnata.
Il-kategorija femminili kienet iddominata minn Krista Kuusijarvi. Hija żammet il-vantaġġ, matul it-tellieqa kollha, quddiem Danica Bonello Spiteri, Lindsey Zammit u ċ-Champion tas-sena l-oħra Maya Schembri Rodgers. Il-ġlieda għat-tielet post fuq il-podju kienet kompetizzjoni bejn Zammit u Schembri Rodgers, għalkemm Zammit bdiet tkabbar id-distakk fit-taqsima tar-rota li wasslet biex Zammit għeleb liċ-champion tas-sena l-oħra.
Minħabba li t-tiġrija ġiet magħżula bħala l-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon, it-titlu mar għal Bonello Spiteri minħabba li dan huwa riservat għaċ-Ċittadini Maltin. It-tiġrija saret taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.
It-tellieqa attirat ammont tajjeb ta’ atleti li jikkompetew fl-avveniment tar-relay, li ntrebaħ minn Team H magħmul minn Alexander Schembri (Ġirja) u Nicholas Schembri (Rota), segwit minn Team B – Mark Lewis (Ġirja), Steve Sciberras (Rota) u Team I – Adrian Zahra (Ġirja), Gesred Borg (Rota).
It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa mill-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Klabb, Joseph Farrugia.
Il-Club jixtieq jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, lil Transport Malta, lill-LESA u lill-Uffiċjali tat-Tlielaq tagħha tal-għajnuna li taw biex saret possibli t-tellieqa.
Riżultati – Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon
Irġiel | Nisa | |
Overall | ||
1st | Josef Bonavia | Krista Kuusijarvi |
2nd | Steve Ritchie | Danica Bonello Spiteri |
3rd | Keith Galea | Lindsey Zammit |
Gruppi tal-Eta | ||
Under 23 | Julian James Asciak | Maya Schembri Rodgers |
Over 40 | Neil Falzon | – |
Over 50 | Joseph Caruana | – |
Over 60 | Nicky Farrugia | – |
L-avveniment li jmiss tal- Birkirkara St Joseph għall-2024 se jkun time-trial taċ-ċikliżmu organizzat fi Fleur-de-lys nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu.
Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online – https://bsj.mt/event/2024-bsj-cycling-time-trial/