Maximilian Ciantar intbagħat 9 xhur ħabs, wara li ġie mixli b’attentat ta’ serq, u li uża l-vjolenza fuq koppja li huma s-sidien tar-razzett, f’Ħad Dingli.
Il-każ ġara f’Marzu tal-2016, meta Ciantar flimkien ma’ Darryl Anderson, ppruvaw jisirqu koppja li kienu fir-razzett tagħhom.
B’Anderson li kien li liebes elmu, ta daqqa ta’ ponn u ordna lill-mara tas-sid tinża l-qalziet filwaqt li talabha wkoll ittih il-mobile jew flus.
Quddiem il-qorti tal-appell, Ciantar sejjaħ dan l-att li wettaq bħalha avventura u ċuċata.
Filwaqt qal li ma kienx se jerġa’ jirrepeti dak li għamel.
Il-Qorti tal-Appell sabet lil Ciantar ħati li kien involut fis-serqa u li ġera wara s-sid b’sikkina.
Il-qorti ikkonfermatlu sentenza ta’ 9 xhur priġunerija.