L-allegat traffikant tad-droga Jordan Azzopardi li kien magħruf bħala l-El Chapo ta’ Malta nħeles mill-arrest wara sentejn taħt arrest preventiv.
Ir-raġel ta’ 31 sena kien baqa’ jinżamm arrestat wara li fl-2019 kien arrestat u akkużat bi ħmistax-il akkuża relatati ma li mexxa ċirku kbir tat-traffikar tad-droga madwar il-pajjiż kollu.
L-Imħallef Aaron Bugeja ta l-libertà proviżorja lil Azzopardi fuq garanzija personali ta’ €150,000 u garanzija minn persuna oħra ta’ €50,000. Huwa kien ġie ordnat ukoll biex jagħti l-passaport tiegħu lill-awtoritajiet u ġie pprojbit milli jersaq lejn l-ajruport u l-kosta tal-pajjiż. Huwa ġie pprojbit ukoll milli jkellem jew jipprova javviċina max-xhieda tal-każ tiegħu u jrid jiffirma kuljum fl-għassa tar-raħal tiegħu.