Kompla l-ġuri ta’ Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt. Huwa qed jiġi akkużat bl-omiċidju ta’ Roderick Grech li f’Marzu tal-2017 kien instab ħdejn il-karozza tiegħu bi ġrieħi ta’ daqqiet ta’ sikkina f’sidru. Dakinhar, il-vittma kien lissen il-kliem “Vojt.
Fil-ġuri ħareġ li Bartolo kellu argument mal-vittma minħabba ħlasijiet marbuta mad-droga. Bl-akkuzat qal lilL-vittma li beda jibza’ minn Grech.
Fis-seduta ta’ dalgħodu xehed Jordan Azzopardi magħruf bħala l-el chapo ta’ Malta. Huwa qiegħed jiffaċċja akkuzi dwar traffikar tad-droga f’kaz separat fil-qorti.
Huwa għazel li ma jweġibtx għall-mistoqsijiet li sarulu sabiex ma jinkriminax lilu nnifsu.
Huwa baqa’ sieket fuq l-allegatament assoċjazzjoni li kellu mal-vittma.
L-avukat mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali, uriet kuntratt ta’ kiri ta’ karozza lil Jordan Azzopardi. Huwa qal li kien kera l-karozza tal-għamla Ford Fiesta. Izda ma qalx min kien qiegħed isuqha dakinhar tal-omiċidju.
Fost mistoqsijiet li staqsih l-avukat tal-akkużat Mark Vassallo, Jordan Azzopardi baqa’ sieket u ma weġibx lanqas dwar il-laqam tiegħu jiġifieri jekk isejħulhux l-El Chapo.