Ħallelin li serqu bank fil-Brażil rabtu l-ostaġġi fuq is-saqaf tal-vetturi li ħarbu bihom.
Il-Pulizija Brażiljana qalet li minn tal-inqas tliet persuni mietu f’din is-serqa, fosthom wieħed mis-suspettati.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif aktar minn ħamsin persuna kienu involuti f’din is-serqa, fejn dawn bdew jimblukkaw it-toroq b’karozzi mqabbda bin-nar.
Ix-xena ġiet deskritta bħala waħda ta’ kaos, fejn għal xi mumenti l-pulizija ma kellhomx kontroll tas-sitwazzjoni.
Kawża ta’ dan, l-iskejjel tal-Belt se jibqgħu magħluqin, filwaqt li l-awtoritajiet appellaw lill-pubbliku sabiex jibqgħu ġewwa.