Biex serqu mara anzjana, rabtuha mal-puġġaman.
Kien għall-ħabta tal-10:00 li l-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa minn residenza fi Triq il-Kbira, il-Mosta.
Irriżulta li raġel daħal f’residenza waqt li ġewwa kien hemm mara ta’ 86 sena. Il-mara allegat li r-raġel talabha tatih il-flus filwaqt li rabatha mal-poġġaman tat-taraġ. Wara li seraq ammont ta’ flus kontanti, ir-raġel allegatament ħall lill-anzjana u ħarab minn fuq il-post.
Il-vittma ma ġarbet l-ebda ġrieħi.
Bil-każ ġiet infrumata il-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta.