Raġel li spara għadd ta’ tiri qed jiġi akkużat li qatel tmien persuni, fosthom lill-eks kunjata u sheriff, f’tliet residenti differenti f’Mississippi.
Wara li Willie Corey Godbolt. ta’ 35 sena minn Bogue Chitto, ġie arrestat il-Ħadd filgħodu, hu sostna li kellu argument ma’ eks-martu minħabba t-tfal tagħhom.
Il-ġirien ċemplu lill-Pulizija, u Godbolt allegatament qatel lis-sheriff li wasal fuq il-post, flimkien ma tliet nisa oħra li jgħixu fl-istess blokka. L-eks mara ħarbet minn fuq il-post ma’ missiera tar-rispett.
Godbolt ħarab minn fuq il-post u mexa għal blokka oħra, ftit ‘il bod minn fejn instabu żewġt iġsma ta’ żewġ żgħażagħ.
Apparti minn hekk mara u raġel instabu maqtula fi blokka oħra ftit qabel ma’ ġie arrestat.
Hu se jkun qed jaffaċċja akkużi serji fuq qtil ta’ tmien persuni.