Raġel minn Michigan poġġa fuq sider it-tifla tat-tfajla tiegħu, li għandha ħames snin, u qatilha b’daqqiet ta’ sikkina qabel ma’ qabbada bin-nar. Il-Qorti ta’ Michigan semgħet li hu għamel hekk għax it-tifla ta’ ħames snin staqsietu aktar minn darba għal xi ħaġa x’tiekol.
Thomas McCellan, ta’ 25 sena minn Holt, qabżitlu fl-ewwel ta’ Novembru meta Luna Michelle Younger irrifjutat li titlaq mill-kamra tiegħu jekk ma jagħtihix x’tiekol.
McCellan qed jiġi akkużat li wara waddab liżar fuq ġisem it-tifla, waddab l-alkoħol fuq il-liżar u qabdu bin-nar fil-kamra tas-sodda.
Luna kellha minn tal-inqas ħames daqqiet ta’ sikkina, dan skond l-eżaminatur mediku, u mietet kawża tal-ġrieħi li ġarrbet.
Omm it-tifla, Victoria li hi miżżewġa ma’ Thomas McClellan, qalet li kienet ix-xogħol meta seħħ il-każ, u li kellha xi tgħid miegħu ftit qabel ma telqet għax-xogħol.
Jekk jinstab ħati, McCellan, jaf jeħel għomru ħabs.