Tfajla ta’ 16-il sena nqatlet wara li persuna fetħet in-nar barra Università fl-Olanda. Raġel ta’ 31 sena qed jinżamm arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ. Jidher li r-raġel huwa l-eks sieħeb tal-vittma, li ilmentat kemm-il darba li kien qed jheddidha b’ħajjitha.
Il-Kulleġġ tad-Disinn f’Rotterdam, l-Olanda, fejn kienet tistudja t-tfajla, jinsab f’xokk qawwi fid-dawl ta’ dan l-attakk.