F’New York, Dwight Powers, raġel ta’ 72 sena nqatel minn ibnu ta’ 32 sena b’diversi daqqiet ta’ sikkina waqt li kienu f’konverżazzjoni virtwali ma’ għoxrin persuna oħra.
L-iben, Thomas Scully-Powers inqabad immedjatament mill-pulizija tal-lokal, hekk kif dawk fil-konverżazzjoni żammewh bil-kliem, filwaqt li ċemplu l-pulizija. Il-motiv għal dan il-qtil għadu mhux magħruf u Scully-Powers qed jinżamm arrestat b’akkuża tal-qtil ta’ missieru .