Għaxar persuni inkluż uffiċjal tal-pulizija nqatlu minn persuna li ħataf suq tal-merċa u beda jispara xi tiri. Dan l-attakk seħħ fl-istat ta’ Colorado fl-Istati Uniti.
Il-Pulizija Amerikana kkonfermat illi s-suspettat aggressur jinsab arrestat u qed jingħata trattament mediku hekk kif jidher li ġarrab xi ġrieħi waqt is-sigħat twal li dam iżomm ostaġġi lin-nies ġewwa s-suq.
Din l-isparatura, li saret fil-jum tat-Tnejn għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (ħin lokali), ġiet imxandra b’mod dirett fuq YouTube.
Intant, il-Pulizija Amerikana permezz ta’ Twitter saħqet sabiex ma tiġix imxandra fuq il-mezzi soċjali xi informazzjoni dwar it-tattika li kienet qed tintuża minnha sabiex tikontrolla s-sitwazzjoni.