Raġel li kien akkużat li stupra u qatel tifla ta’ erba’ snin inqatel quddiem il-pubbliku f’Bolivia.
L-akkużat kellu jidher quddiem il-Qorti, iżda n-nies tal-lokal ħadu l-ġustizzja f’idejhom u qatluh qabel instema’ l-każ.
Il-Pulizija ma rnexxilhomx iwaqfu l-mijiet ta’ persuni li daħlu fiċ-ċella tal-ħabs għal dan ir-raġel biex joqtluh. Filmati li qed jidhru fuq il-midja soċjali juru l-mument li n-nies dendlu lil dan ir-raġel ma’ siġra.
Kienu l-mijiet li kkumentaw dwar dan il-filmat fuq id-DailyMail, li ladarba dan ir-raġel kien għadu ma deherx fil-Qorti, quddiem il-liġi huwa kien għadu akkużat u mhux ħati.