Żewġ żgħażagħ Kanadiżi li kienu qed jiġu mfittxija b’rabta ma’ qtil, x’aktarx neħħew ħajjithom b’idejhom.
Awtopsja fuq żewġ katavri li nstabu l-ġimgħa li għaddiet, ikkonfermat li huma ta’ Kam McLeod ta’ 19-il sena u Bryer Schmegelsky ta’ tmintax-il sena.
Huma kienu s-suspettati ewlenin f’tliet każijiet ta’ qtil – il-qtil ta’ koppja Awstraljana u l-qtil ta’ raġel Kanadiż.
Huma kienu ilhom jiġu mfittxija għal dawn l-aħħar ġimgħatejn bit-tfittxija tintemm wara s-sejba tal-katavri qrib Gillam.