Persuni armati fil-kapital tal-Afganistan, Kabul, qatlu mara ta’ nazzjonalità Ġermaniża u ħanxru gwardjan tas-sigurtà.
L-aggressuri daħlu f’Guesthouse mmexxija minn għaqda Svediża mhux Governattiva, Operation Mercy, is-Sibt filgħaxija.
Ingħad ukoll li mara Finlandiża qed titqies bħala nieqsa u x’aktarx ġiet maħtufa.
F’attakk separat, militanti Talibani qatlu 20 uffiċjal tal-Pulizija. Minn tal-inqas għaxar persuni oħra ndarbu waqt l-attakki f’Zabul.