Għall-ewwel darba, numru ta’ persuni tressqu quddiem l-Awtoritajiet ta’ pajjiż Asjatiku b’rabta mal-kriminalitá llegali li għaddejja fuq annimali selvaġġi.
L-investigazzjoni kixfet is-sors ċentrali ta’ kriminalitá internazzjonali, fejn numru ta’ traffikanti qed joqtlu eluf ta’ annimali fosthom tigri u iljunfanti.
Ir-rapport tal-investigazzjoni jidentifika numru ta’ negozjanti li qed jittraffikaw partijiet ta’ annimali biex jiġu użati għall-mediċina. It-traffikar qed isir bejn l-Afrika t’Isfel u it-Tajlandja, filwaqt li qed jinbiegħu fis-swieq Ċiniżi.