Il-pulizija fl-Eġittu qatlet erbgħin militant f’rejd li sar wara l-isplużjoni ta’ xarabank qrib il-piramidi famużi ta’ Giża.
Kelliem għall-Gvern Eġizzjan spjega kif ir-rejd sar f’Giża u fit-Tramuntana tas-Sinaj hekk kif it-terroristi kienu qed jippjanaw iżjed attakki fuq it-turisti u knejjes.
Intant il-bomba li splodiet hekk kif kienet għaddejja ix-xarabank fl-Eġittu qatlet erba’ persuni, fosthom tliet turisti Vjetnamiżi.
Tnax-il persuna oħra ndarbu hekk kif mill-ewwel investigazzjonijiet sar magħruf li l-bomba kienet moħbija ġo ħajt biswit triq.
Il-Prim Ministru Eġizzjan Mostafa Madbouly spjega li x-xarabank laqtet il-bomba wara li l-istess xarabank bidlet ir-rotta tagħha mingħajr ma nfurmat il-forzi tas-sigurtà li kienu preżenti.
Ħadd ma refa’ responsabiltà tal-attakk fuq ix-xarabank iżda gruppi militanti Iżlamiċi mhux darba jew tnejn attakkaw turisti fl-Eġittu.&&