F’Awwissu li għadda, l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Prodotti Industrijali naqas b’1.3 fil-mija f’pajjiżna meta mqabbel ma’ Awwissu tas-sena l-oħra. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, il-prezzijiet tal-oġġetti intermedji wkoll naqsu b’sitta punt tnejn fil-mija.
L-NSO wera wkoll li ma kienx hemm tibdil fil-prezz fis-settur tal-enerġija, dan grazzi għas-sussidji multi-miljunarji tal-Gvern biex il-prezzijiet relatati fil-konsum tal-elettriku, il-gass u l-fjuwils fil-pompi tal-petrol baqgħu stabbli għall-konsumaturi kollha, familji u negozji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tal-prodotti industrijali rreġistraw żidiet fil-prezzijiet tal-oġġetti kapitali u tal-oġġetti tal-konsum.