L-ewwel kwart ta’ din is-sena ra tnaqqis ta’ 48.5% f’passiġġieri li waslu f’Malta abbord Cruisliners fuq is-sena l-oħra.
Qalu dan ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif spjegaw li bejn Jannar u l-10 ta’ Marzu waslu ftit aktar minn 40,000 turist.
L-NSO qal li r-raġuni wara dan it-tnaqqis hija li f’dan il-perjodu daħlu 9 cruisliners biss minħabba l-għeluq tal-portijiet kawża tal-imxija tal-Covid-19.
53.5% tal-passiġġieri waslu minn stati membri Ewropej, primarjament mill-Italja bi 22.8% u jsegwu Franza u l-Ġermanja b’10.7% u 6.3% rispettivament.
Il-passiġġieri li mhumiex minn pajjiżi Ewropej ammontaw għal ftit aktar minn 18,600 u 15% minnhom kienu Amerikani.