Wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, l-Awtorità għall-Istandards għall-Ħarsien Soċjali se timxi lejn it-tieni fażi ta’ tneħħija ta’ restrizzjonijiet waqt żjarat fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.Mis-Sibt li ġej, l-ewwel ta’ Mejju, se jonqsu aktar restrizzjonijiet wara riżultati nkoraġġanti tul dawn l-aħħar ġimagħtejn mindu tneħħew il-perspex waqt iż-żjarat.
Mis-Sibt se jkunu jistgħu jżuru lill-anzjani żewġ qraba, u ż-żjarat se jiżdiedu għal darbtejn fil-ġimgħa.
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, ir-residenti jista’ jkollhom żjara miżjuda ta’ kwarta nhar is-Sibt tmienja ta’ Mejju jew il-Ħadd disgħa ta’ Mejju.
Anzjani bid-dimensja jista’ jkollhom żjara ta’ kwarta kuljum.
L-ilbies tal-maskra u ż-żamma tad-distanza soċjali, iridu jibqgħu jiġu osservati.