Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, naqsu l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq Maltin b’madwar ħamsin fil-mija (40.9%), li jfisser li bejn April u Ġunju ta’ din is-sena seħħew ftit aktar minn elfejn u mitejn u ħamsin inċident, b’ħamsa minnhom kienu fatali.
L-istatistika mill-Uffiċjali Nazzjonali tal-Istatistika turi wkoll li kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ persuni feruti kawża ta’ dan. It-tnaqqis irreġistrat kien ta’ madwar sebgħa u erbgħin fil-mija (46.6%), hekk kif kien hemm b’kollox mitejn u ħamsa u għoxrin li ndarbu kawża tal-inċidenti fit-toroq tal-pajjiż, meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena l-oħra.
Il-persuni li ndarrbu f’dawn ix-xhur jammontaw għal disgħa u erbgħin persuni, li sebgħa u għoxrin minnhom kienu xufiera, ħames passiġieri u sbatax-il persuna kienu mexjin fit-triq jew ċiklisti.
L-istatistika wriet li f’dawn ix-xhur ġiet irreġisrata nuqqas ta’ fatalita waħda minn dawk tas-sena l-oħra.
Il-maġġoranza ta’ dawk li weġġew gravi kienu rġiel, b’madwar tmenin fil-mija tal-inċidenti (79.6%). Tlieta minn dawk li tilfu ħajjithom kienu rġiel. Dan filwaqt li l-maġġoranza tal-persuni midruba kellhom bejn is-sitta u għoxrin u l-erbgħin sena.
L-akbar numru ta’ persuni midruba f’inċidenti tat-traffiku kienu f’karozza tal-passiġġieri u dawn ammontaw għal madwar tnejn u ħamsin fil-mija (51.5%) tal-inċidenti. Isegwu warajhom kien hemm il-muturi b’ sitta u tletin fil-mija.
Il-ġranet tal-Ħamis u t-Tlieta kienu l-aktar jiem li fihom indarbu persuni f’inċidenti tat-traffiku, b’tnejn u erbgħin u sitta u tletin inċidenti rispettivament. Filwaqt li l-ogħla numru ta’ inċidenti tat-traffiku seħħew il-Ġimgħa, b’tlett mija u sebgħin inċident.
L-inċidenti seħħew l-aktar bejn id-disgħa ta’ filgħodu u nofshinar, b’ħames mija u ħamsa u għoxrin każ u t-tlieta ta’ wara nofshinar u s-sitta ta’ filgħaxija b’madwar ħames mitt każ (502). L-inqas numru ta’ inċidenti seħħew bejn it-tlieta u s-sitta ta’ filgħodu, b’sitta u għoxrin każ.
Intant, Birkirkara kienet l-aktar lokalità li fiha seħħew inċidenti ta’ traffiku li ammontaw għal kważi mitejn każ (209). Warajha segwew Ħal Qormi u l-Marsa.
Sitta mill-lokalitajiet li fihom seħħew l-anqas numru ta’ inċidenti huma f’Għawdex.