Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil naqas b’155, jiġifieri 29%, meta mqabbel mal-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet.
Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, 390 persuna applikat għall-ażil. Minn dawn, 195 kienu Libjani.
It-tnaqqis fl-applikazzjonijiet għall-ażil hija xejra innotata madwar l-Ewropa. Skont l-Eurostat, 287,000 persuna applikat għall-ażil fl-Ewropa, li huwa 33% inqas mill-aħħar erba’ xhur tal-2015, meta saru 426,000 applikazzjoni.
F’pajjiżna dawk li l-aktar applikaw għall-ażil kienu Libjani, Sirjani u Eritreani.
Mill-102,000 applikant għall-ażil fl-Ewropa bejn Jannar u Marzu li għadda, il-maġġoranza kienu Sirjani, warajhom Iraqeni u Afgani. Dawn bejniethom ammontaw għal 60% tal-applikazzjonijiet kollha.