Bħalissa f’Malta hawn 9,670 persuna li qed tirċievi għajnuna soċjali meta sena ilu, n-numru ta’ benefiċjarji kien jammonta għal 11,260.
Il-Ministru Michael Farrugia qal fi tweġiba lid-deputat laburista Anthony Agius Decelis li dawk fuq assistenza soċjali is-sena li għaddiet kienu 5,481 u niżlu għal 5,258 din is-sena; dawk fuq assistenza bħala single parents kien 3,172 sena ilu u dis-sena niżlu għal 2,897.
Il-Ministru qal li dawk li huma fuq assistenza tal-qagħad, benefiċċju li jingħata lil min ikun ilu ma jaħdimx u jirreġistra, is-sena li għaddiet kienu 2,607 u din is-sena huma 1,515.