L-għeluq tal-power station tal-Marsa waslu biex l-emissjonijiet mill-impjanti tal-enerġija f’pajjiżna naqsu bin-nofs.
Filwaqt li fis-sena 2014 kien hemm ekwivalenti ta’ 1,606 ‘kiloton’ ta’ CO2 , is-sena li għaddiet dawn niżlu għal 854 ‘kiloton’ ta’ CO2. Dan kien l-iktar tnaqqis sinjifikanti mill-1990 tant li għall-maġġoranza tas-snin, sal-2012, l-emissjonijiet dejjem żdiedu.
Ħallew il-frott ukoll l-inċentivi biex ħafna investew f’pannelli fotovoltajiċi. Filwaqt li fl-2012 kienu ġġenerati 38,145 megawatt ta’ enerġija alternattiva is-sena li għaddiet telgħu għal 103,540 megawatt.