Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena saru 4,574 rapport ta’ serq. Dan fisser tnaqqis sostanzjali mis-snin imgħoddija, hekk kif fl-istess perjodu s-sena li għaddiet, ir-rapportI kienu ftit aktar minn 5,404 filwaqt li fl-2016 kienu saru aktar minn 6,300 rapport.B’hekk, f’sentejn, ir-rapporti ta’ serq f’pajjiżna naqsu b’iktar minn 2,000.
L-iktar lokalità li fiha saru rapporti ta’ serq kienet San Ġiljan bi kważi 650.
Din kienet segwita mill-Belt bi 315-il rapport, u Birkirkara b’182 rapport.
Fost l-iktar serq komuni rrapportat kien dak tal-pickpocketing, bi 871 rapport, flimkien ma’ 222 rapport ta’ serq mit-toroq jew żoni pubbliċi u 102-il rapport ta’ serq mill-bajjiet.
Fl-istess pejodu nsterqu 200 karozza, waqt li aktar minn 800 sewwieq irrapporta serq mill-karozza.
Dawn jingħaqdu ma’ 440 rapport ta’ serq minn residenzi li fihom joqogħdu n-nies. Dawn ir-rapporti juru x-xejriet tat-tipi ta’ serqiet li jsiru f’pajjiżna, li għalkemm għadhom f’numri sostanzjali, wrew tnaqqis notevoli fin-numri.