Il-gazzetta “Illum” irrapportat kif it-tnaqqis fl-attendenzi matul il-logħob tal-football lokali laħaq livelli ta’ tħassib.
Tant li mill-2011 sal-lum il-partitarji li attendew għal-logħob tal-Kampjant Premier niżlu bi 38,000 persuna.
Minn dak irrapportat jirriżulta li fl-istaġun 2011/12, l-attendenza fil-Kampjonat Premier kienet ta’ kważi 123,000 partitarju.
Sa sena wara, 2012/13, kienu diġà niżlu għal total ta’ 91,520.
Il-bidla baqgħet sejra għall-agħar sakemm fl-istaġun li għadda, 2017/18, saħansitra iċ-ċifri niżlu għal 84,976 spettatur tul il-Kampjonat Premier kollu.
Dan ifisser li n-numru ta’ partitarji matul l-istaġun li għadda kien 10% inqas mill-istaġun ta’ qabel, 19% inqas mill-istaġun 2015-2016, u saħansitra 31% inqas mill-istaġun 2011-2012.
Minn dak li jidher s’ issa jirriżulta li dan l-istaġun miexi fuq l-istess passi tas-sena li għaddiet.
Għalkemm wieħed jittama li x-xejra tinbidel xi ftit iktar ma tiħrax it-taqtiha għall-kampjonat.