Ir-rata ta’ tfal u adoloxxenti f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali matul is-sena l-oħra kienet disgħa fil-mija anqas milli kienet fl-2013, li jfisser wkoll li l-faqar fost it-tfal naqas b’madwar 6.000 persuna.
Fi stqarrija l-Gvern qal li fl-2013, ir-rata tat-tfal f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali kienet ta’ tnejn u tletin fil-mija, li kienet l-ogħla waħda li qatt ġiet reġistrata mill-Eurostat mill-2005 lil hawn.
Intant statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li t-twelid ta’ trabi f’pajjiżna żdied b’125 matul l-2018 meta mqabbel fuq is-sena ta’ qabel.
Is-sena l-oħra twieldu t-tieni l-aktar tfal mill-elfejn u sitta lil hawn.
Minkejja dan sa mis-sena 2000 lil hawn il-popolazzjoni tat-tfal f’Malta naqset bi ftit aktar minn 14,000.
L-NSO qal li fl-2018 kien hawn ftit aktar minn 8,000 persuna li għandhom taħt it-18-il sena.
L-istatistika li ħarġet lejlet il-jum internazzjonali għat-tfal, qalet li tmenin fil-mija tal-ġenituri, jaħdmu.
96% tal-ġenituri jaħdmu huma missirijiet filwaqt li ħamsa u sittin fil-mija tal-ġenituri jaħdmu huma ommijiet.
Matul is-sena akkademika 2017-2018 in-numru ta’ tfal li kienu studenti f’xi istituzzjoni edukattiva kienu jgħoddu għal ftit aktar minn 63,000 ruħ. 89% tal-istudenti kienu Maltin.
Intqal ukoll li l-biċċa l-kbira tal-istudenti attendew skejjel tal-Gvern.
Dan filwaqt li segwew l-akbar numru ta’ studenti li attendew skejjel tal-Knisja u indipendenti rispettivament.
L-iktar istituzzjonijiet edukattivi li laqgħu studenti kienu f’Birkirkara, segwiti minn Pembroke u l-Ħamrun.