Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri ċaħad li huwa jagħmel parti mill-gruġġ ta’ 17-il deputat li ngħad li ngħaqdu kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Ir-ritratt ta’ Spiteri kien fost dak ta’ 17-il deputati u ewroparlamentari Nazzjonalisti li ssejħu mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi bħala 17 Blue Heros.
Madankollu ma’ The Malta Independent, Spiteri qal li ma jħossux li jagħmel parti minn dan il-grupp.
Qal li f’dan l-istadju ħadd mid-deputati ma jista’ jqisu lilhom infushom bħala eroj. Qal li huwa mhux qiegħed iqies lilu nnifsu bħala eroj u sostna li huwa mhux qiegħed iqies lilu nnifsu bħala eroj f’din is-sitwazzjoni. Qal li huwa jemmen aktar fid-djalogu milli twaqqif ta’ kolp fil-Partit Nazzjonalista.
Spiteri esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-ġejjini tal-Partit Nazzjonalista. Qal li hu jemmen li hemm ħtieġa ta’ riformi fil-Partit Nazzjonalista iżda naqas milli jassoċja lilu nnifsu mal-grupp ta’ deputati li jridu lil Delia barra mill-Partit Nazzjonalista.
Huwa qal li jimxi mal-linja tal-partit u waqt li stqarr li esprima t-tħassib tiegħu, “ma nixtieqx li nkun parti minn grupp li għamlu kolp ta’ stat kontra l-Kap għax din mhix it-triq ‘il quddiem”.