Bħala medja, studenti tal-primarja u s-sekondarja kważi fallew 12-il jum kull wieħed tul is-sena akkademika 2014-2015. Dan ħareġ minn ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
L-ammont ta’ jiem li studenti fallew naqas b’9.2% meta mqabbel ma’ sena akkademika preċedenti. Jiem li studenti fallew imma b’awtorizazzjoni żdiedu b’7.5%, u ammontaw għal 65% tal-jiem kollha li studenti fallew.
L-ammont ta’ jiem li studenti fallew imma mhux b’mod awtorizzat naqas b’29.4%.
Studenti subien fallewl aktar minn bniet fi kważi kull livell, ħlief fil-Form 4 u l-Form 5.