Ix-xahar li għadda n-numru ta’ persuni qiegħda niżel b’6.9% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.
Statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika wriet li f’Ottubru li għadda kien hawn 1,666 ruħ jirreġistraw għax-xogħol.
Il-qgħad naqas fil-kategoriji kollha tal-età ħlief dawk ta’ taħt l-24 sena.
Anki dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol bejn madwar 5 xhur u sena naqsu.
Iżda skont informazzjoni mogħtija minn JOBS Plus lil-NSO, l-akbar tnaqqis tal-qgħad f’pajjiżna kien ta’ dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena.
Anki n-numru ta’ persuni b’diżabilità qiegħda naqas, fejn f’Ottubru ta’ din is-sena kien hemm 12-il persuna anqas minn Ottubru tas-sena l-oħra.
Viċin it-tliet kwarti (71.8%) tal-persuni b’diżabilità qiegħda huma rġiel.
Ix-xogħol klerikali kien l-aktar xogħol imfittex mill-irġiel (19.1%) u nisa (38.4%) li qed jirreġistraw.