Id-defiċit tal-gvern fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena naqas bi €98 miljun ewro meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Bejn Jannar u Settembru d-defiċit niżel għal €63.6 miljun għax id-dħul kien żdied b’€112.7 miljun filwaqt li n-nefqa żdiedet b’€14.7 miljuni.