Uffiċjal tal-militari Amerikana spjega li kienu madwar 50,000 militant tal-ISIS, li nqatlu fi gwerra kontra dan il-grupp ta’ terroristi.
L-uffiċjal stqarr li n-numru ta’ persuni li qed jingħaqdu mal-militanti ISIS naqas drastikament, hekk kif kienu biss mijiet meta mqabbel mal-eluf li ssieħbu ma’ dan il-grupp terroristiku.
L-uffiċjal qal ukoll li f’Mejju 2015, operazzjoni speċjali tal-forzi Amerikani kienet viċin li ssib il-Kap tal-ISIS Abu Bakr al Baghdadi f’Raqqa iżda ma rnexxilhomx wara li informazzjoni klassifikata nħarġet mill-midja.
L-isem tal-uffiċjal baqa’ unanimu minħabba s-sensittivitá tal-informazzjoni.